Se jirritornaw ix-xita u l-maltempati bir-ragħad – it-temperaturi se jonqsu sew fi tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Wara diversi ġimgħat ta’ temp relattivament sħun u niexef, pajjiżna mistenni jerġa’ jintlaqat minn sistemi ta’ maltemp mill-Atlantiku, li se jġibu magħhom ix-xita, ir-ragħad u tnaqqis sinifikanti fit-temperaturi.

Skont it-tbassir ta’ Temp Madwarna, illum se jkun ikkaratterizzat minn riħ qawwi mill-Majjistral, filwaqt li t-Tlieta u l-Erbgħa mistennija jkunu fil-biċċa l-kbira xemxin jew bi ftit sħab.

Il-Ħamis filgħaxija hemm ċans ta’ xita, filwaqt li l-Ġimgħa 27 ta’ Novembru mistennija jkunu possibbli maltempati bir-ragħad. Is-Sibt mistenni jġib miegħu aktar xita, riħ qawwi u arja aktar kiesħa.

It-temperaturi massimi mistennija jinżlu minn madwar 21°C–22°C għal 18°C, filwaqt li dawk minimi jistgħu jilħqu t-12°C jew it-13°C fi tmiem il-ġimgħa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport