Omm qatlet lil bintha u mbagħad lilha nfisha f’kamra ta’ lukanda. Midja internazzjonali rrapurtat li Tawnia McGeehan u bintha Addi Smith ma marrux għal kompetizzjoni taċ-cheerleading fi tmiem il-ġimgħa u bdiet tfittxija għalihom mill-awtoritajiet f’Las Vegas, Nevada.
B’qsim il-qalb, il-pulizija sabet lil Tawnia u Addi mejta fil-kamra tagħhom fir-Rio Hotel and Casino u skoprew ukoll nota. Skont il-pulizija, l-uffiċjali rċevew talba għal assistenza eżatt qabel il-11:00 a.m., tal-Ħadd.
L-istqarrija għall-istampa tal-pulizija tgħid: “Uffiċjali tal-għassa flimkien mal-persunal tas-sigurtà għall-proprjetà ppruvaw jikkuntattjaw lit-tifla u lil mara. L-uffiċjali ħabbtu fuq il-bieb u ċemplu fil-kamra diversi drabi iżda ma rċevew ebda tweġiba.
Intant l-grupp taċ-cheerleading li magħhom kienet tiżfen Addi qal: “B’qalbna kollha, naqsmu l-aħbar devastanti li l-atleta ħelwa tagħna Addi mietet. Aħna qalbna maqsuma. Jekk jogħġobkom żommu lill-familja tagħha fil-ħsibijiet u t-talb tagħkom u komplu ibgħatulhom l-imħabba”

