Zoe tfajla ta’ 22 sena spiċċat tilfet ħajjitha wara li marret fl-Isptar James Paget f’Gorleston, Norfolk fir-Renju Unit u ma ndunawx li kienet tqila.
L-istorja ta’ Zoe hija waħda xokkanti… It-tfajla kienet marret l-Emerġenza tal-isptar fejn qalet li kellha uġiegħ taħt żaqqa. Dakinhar kienu qalulha li kellha infezzjoni.
Ġimgħatejn wara waqgħet id-dar u reġgħet ittieħded l-emerġenza. Din id-darba tawha trattament għal xi ħaġa differenti. Iżda wara ftit reġgħet marret l-isptar u mill-ġdid reġgħu bgħatuha d-dar.
Mar-raba’ darba, ittieħded fl-Isptar tal-Università ta’ Norfolk u hemm sar ultrasound fejn indunaw li Zoe kellha 14-il ġimgħa tqala. Iżda informawha li t-tarbija kienet mejta… Wara ftit sigħat ta attakk tal-qalb u mietet hi wkoll.

