Sorsi qrib il-Pulizija t’Għawdex qalu lil talk.mt li b’kollox iddaħlu 3 persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kollha mill-istess familja.
L-omm għandha 36 sena filwaqt li bintha għandha 16-il sena u tifel ta’ 3 snin. L-istess sorsi qalu li l-persuni li ddaħlu l-Isptar sofrew biss ġrieħi ħfief. Il-familja nvoluti f’dan l-inċident huma min-Nadur
Aktar kmieni: Il-ħabta seħħet bejn karozza Mazda Demio li fiha kien hemm l-omm u 3 itfal, ma’ vettura tal-għamla Volkswagen Polo li s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-karozza Mazda għal xi raġuni spiċċat fil-ġemb tat-triq, filwaqt li l-Volkswagen spiċċat f’nofs tat-triq.
Jidher li kemm l-omm u anke l-bint mhux qegħdin fil-periklu tal-mewt, iżda xorta waħda qegħdin jingħataw il-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bħalissa għalkemm it-triq Tax-Xħajma hija miftuħa, hemm uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jidderieġu t-traffiku minħabba li hija triq traffikuża.
Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Aktar kmieni: Ftit tal-ħin ilu fi triq tan-Nadur Għawdex seħħ inċident tat-traffiku. Mill-ewwel informazzjoni li għandu talk.mt jidher li f’karozza minnhom kien hemm familja – omm u 3 itfal.
Jirriżulta l-omm u bintha ta’ 16-il sena kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Aktar dettalji kif jaslulna…