Saturday, December 21, 2024

Omm Ukrena titkellem dwar it-tbatijiet biex iżżomm lil familtha sħuna f’xitwa kiefra

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat l-Ukrajna sfat attakkata minn numru ta’ missili li affettwaw l-infrastruttura ta’ bosta reġjuni. L-uffiċjali Ukreni qed ibassru li kawża ta’ dan l-attakk fil-ġranet li ġejjin madwar nofs ir-reġjun ta’ Kyiv mhux se jkollu provvista tal-elettriku. 

F’dan l-attakk mietu erba’ persuni, attakk li se jħalli impatt serju fuq l-Ukrajna minħabba li miljuni ta’ residenti jinsabu mingħajr elettriku. Dan qed inissel fihom biża’ li jmutu bil-kesħa għaliex f’dawn iż-żminijiet hemm temperaturi baxxi u saħansitra beda jagħmel is-silġ.

Ukrena ta’ 39 sena residenti Vyshgorod fir-reġjun tal-Ukrajna stqarret mal-midja Ingliża BBC illi minħabba nuqqas ta’ provvista tal-elettriku, hija kienet kostretta tixgħel il-heaters biex isaħħan waħda mill-kmamar tad-dar u kontinwament iżżomm il-bieb magħluq. Dan sabiex f’dawk is-sigħat li jkunu mingħajr elettriku, hi flimkien ma’ żewġha u wliedha jinġabru f’kamra waħda li tibqa’ sħuna għal madwar erba’ sigħat.

Matul il-lejl li għadda missili oħra laqtu faċilitajiet importanti fin-Nofsinhar ta’ Zaporizhzhia. L-indikazzjonijiet s’issa huma li dawn l-attakki kienu intenzjonati mir-Russi. Min-naħa tagħhom ir-Russi qed iwaħħlu fl-Ukrajna għaż-żewġ splużjonijiet li seħħew iktar kmieni lbieraħ fir-Russja.

Ekonomija

Sport