Wednesday, April 24, 2024

Fit-Turkija: Joqtol kollega tiegħu b’20 daqqa ta’ sikkina minħabba l-inħir

Aqra wkoll

Tork ta’ 28 sena jinsab arrestat u qed jiġi akkużat li qatel lill-kollega tiegħu minħabba nħir kontinwu.

Skont l-awtoritajiet tax-xandir Torok kien irrappurtat li fit-2 ta’ Diċembru li għadda Muzaffer Eser ta 20 daqqa ta’ sikkina lil Kenan Maral — raġel ta’ 29 sena — għaliex kien ilu jsofri minn nuqqas ta’ rqad. Eser u Meral kienu qed jgħixu fl-istess kamra fil-lukanda li kienu jaħdmu fiha f’Yalıkavak bħala uffiċjali tas-sigurtà.

Apparentament Eser kien għaddej minn perjodu diffiċli fil-ħajja matrimonjali tiegħu u l-inħir kompla joħloqlu iżjed stress.

Meral kien iddikjarat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport