Wednesday, March 27, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Missjunarju Maltin fil-Mosta. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Honda WW125 misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar u BMW misjuq minn mara ta’ 25 sena residenti l-Belt Valletta.

Ir-raġel ingħata l-ewwel assistenza medika minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar permezz t’ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport