Wednesday, April 24, 2024

Għada jingħata l-aħħar tislima JeanPaul Sofia

Aqra wkoll

Jean Paul Sofia, iż-żagħżugħ ta’ 20 sena li tilef ħajtu fl-inċident li seħħ f’Kordin is-Sibt li għadda, se jingħata l-aħħar tislima għada t-8 ta’ Diċembru.

Il-quddiesa se ssir fil-Knisja ta’ San Ġorġ Preca tas-Swatar fid-9:00 a.m. Waqt li ħabbru dan qraba taż-żagħżugħ qalu li hija x-xewqa tagħhom li dawk li jattendu ma jilbsux iswed. Huma fakkru l-personalità sabiħa tiegħu, il-qalb tajba tiegħu u l-għożża tiegħu għall-ħajja.

Fl-inċident weġġgħu ħames persuni oħra – Malti, tliet Albaniżi u ieħor mill-Bosnia. Tlieta minnhom kienu fil-periklu tal-mewt imma fortunatament ħarġu mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dwar dan l-inċident għaddejja inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia u investigazzjoni mill-Pulizija.

Sport