Saturday, March 14, 2026

Omm żagħżugħa kkundannata 40 sena ħabs fuq il-mewt ta’ binha 

Aqra wkoll

Tifel ta’ 15 -il xahar miet fgat fuq is-sodda tiegħu wara li ommu allegatament ikkunsmat tip ta’ ħelu tat-THC, li kien fihom xi tip ta’ droga u allegatament ħalliet lil binha waħdu għal mill-inqas sitt sigħat.

Amirah Moodie, ta’ 25 sena tressqet il-Qorti akkużata b’negliġenza li wasslet għall-mewt ta’ binha Isais Pascual-Hernandez ta’ 15-il xahar fl-14 ta’ Novembru tas-sena l-oħra.

Midja internazzjonali rrapurtat li meta l-Pulizija tkellmu mal-omm, din qaltilhom li ħadet dan it-tip ta’ ħelu biex tipprova tinsa għax kienet għaddejja minn xi stress minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tagħha. 

Ġie spjegat li meta l-Pulizija marret d-dar tal-akkużata, dawn sabu l-lożor imgeżwrin madwar ras iċ-ċkejken Isais. Jirriżulta wkoll li għonq it-tifel kellhom xi marki, xufftejh kienu blu u li ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport