Sunday, June 1, 2025

“Ommu tagħmel minn kollox biex iżżommu ħaj fil-ġuħ kbir li hemm f’Gaża”

Aqra wkoll

Għandu 11-il xahar. Il-piż tiegħu hu ħafna inqas minn dak normali għall-età tiegħu. Jismy Lyad. Suppost ta’ din l-età qiegħed jimxi jitkaxkar mal-art u forsi anke ittanta jagħmel l-ewwel passi. Hu iżda ma għamel xejn minn dan. Jinsab f’qagħda fraġli ħafna. Għal ħafna jiem l-ikel kien mill-anqas. Jgħix ma’ ommuurde  f’tinda f’Gaża. Missieru inqabad mill-forzi Iżraeljani. Ommu qiegħda tagħmel minn kollox biex iżżommu ħaj. Għal ommu li jkollha ftit ikel u ilma hi sfida kbira. Il-ġisem ta’ Lyad jurik li qiegħed ibati l-ġuħ. Idejh u saqajh qishom qasba.

Dan jiddikjarah Hani Ahmadoun, persuna li jaħdem bla ħeda biex jipprova jgħin kemm jista’ lin-nies f’Gaża u dan billi jingħataw xi ftit ikel.

Fi kliemu stess: “trabi bħal Lyad mhux qegħdin imutu minħabba traskuraġni.  Qegħdin imutu għax qegħdin jiġu imċaħħdin mill-ikel. L-assedju fuq Gaża qed iwassal biex imutu ħafna tfal. Din mhix traġedja. Din hi politika.”

Hani jikkummenta li l-ġuħ li hemm f’Gaża tant hu kbir li persuni li qegħdin jaħdmu biex jipprova jagħtu xi ftit ikel lin-nies spiċċaw kelhom jingħataw il-protezzjoni minn nies oħra.  

Intant fl-aħħar jiem mill-inqas tliet persuni mietu u għexieren oħra ndarbu f’Gaża hekk kif eluf ta’ Palestinjani bil-ġuħ ippruvaw jiksbu ikel minn organizzazzjoni li twaqqfet bejn l-Istati Uniti u  Iżrael. Fl-aħħar sigħat eluf ta’ Palestinjani qabżu ċ-ċnut u imbuttaw minn ġol-folol iffullati biex jilħqu provvisti ta’ ikel imqassma mill-Fondazzjoni Umanitarja ta’ Gaza (GHF), grupp ġdid inkarigat bit-twassil tal-għajnuna lill-Palestinjani.  Gruppi umanitarji ikkritikaw l-operazzjoni ġdida ta’ għajnuna bejn l-Istati Uniti u l-Iżrael f’Gaża.

Ritratti  Aboud Almadhoun 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport