Thursday, December 26, 2024

One Republic f’pajjiżna għall-Isle of MTV Malta

Aqra wkoll

Il-band internazzjonali One Republic se tkun fost l-attrazzjonijiet ewlenin tal-Isle of MTV Malta ta’ nhar it-18 ta’ Lulju li ġej.

Dan il-kunċert se jkun qiegħed jitella’ għal 15-il darba minn mindu ra l-bidu tiegħu f’pajjiżna. Iżjed artisti internazzjonali u lokali ser ikunu qegħdin jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt it-tnedija tal-edizzjoni tal-Isle of MTV ta’ din is-sena mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia fil-preżenza ta’ Russell Samuel mill-kumpanija Paramount.
Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq kif l-attivitajiet kulturali u ta’ divertiment kapaċi jgħinu biex pajjiżna jkun mogħni b’komunità li tkun iżjed b’saħħitha.

“L-Isle of MTV sar parti integrali mill-kalendarju ta’ divertiment lokali. Dan għaliex mhux biss jiġbor eluf ta’ dilettanti tal-mużika minn madwar l-Ewropa kollha iżda huwa pjattaforma importanti li permezz tagħha Malta tkompli ttejjeb il-viżibilità tagħha bħala destinazzjoni attraenti fid-dinja tal-kunċerti u l-mużika,” irrimarka l-Ministru Bartolo.

Il-Ministru żied jgħid li dan il-festival, apparti li jiġbed lejh artisti ta’ fama internazzjonali, joffri opportunità lill-artisti Maltin biex jesebixxu t-talenti tagħhom quddiem l-eluf li jattendu għal dan il-kunċert.

Ekonomija

Sport