Saturday, December 21, 2024

OPPOŻIZZJONI INDANNATA

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef
Deputat Laburista

Aqra wkoll

M’hemmx wisq xi tgħid fuq l-Oppożizzjoni. Qaqoċċa nies li jemmnu li la ma jistgħux imexxu jaraw kif iħassru kull progress, kull gost u kull ċans ta’ profit għal Malta u l-Maltin.

Qaqoċċa li hemm jgħaqqadhom hu biss l-għira lejn il-Laburisti u l-fatt li ma jġerħux il-fatt li l-poplu ma jridx jaf iktar bil-partit li xi darba kien glorjuż. Waqt li l-istorja tirrepeti ruħha, sfortunatament jidher li l-istint fi ħdan il-PN jippreferi jikkopja l-ikrah tal-passat milli jipprova jkun pro-attiv, progressiv u inklussiv.

Minflok, kull azzjoni li ġejja mill-PN tfakkar fiż-żminijiet koroh tal-politika ta’ pajjiżna. Leblieba għal kaos. Għajtiet kontinwi biex itajru ras dak jew l-ieħor. Ħidma biex toħloq instabilità ekonomika li f’moħħhom jidher ċar li tagħmel sens la darba l-familji jinqarsu u jintlaqtu sa ma jwasslu li jmorru kontra Gvern Laburista.

Id-differenzi llum minn dawk iż-żminijiet huma kardinali u jagħmlu d-differenza kollha bejn partit u ieħor.

Prinċiparjament, il-PL inbidel kemm fin-nies u l-mod kif iwettaq il-politika tiegħu. 

It-tieni, il-poplu Malti mmatura fil-ħsieb u fid-deċiżjonijiet tiegħu – aktar u aktar li ngħixu f’era fejn l-informazzjoni u t-tagħrif ma jasalx biss minn fuq pulptu jew propoganda partiġjana biss. Il-lealtà tal-Maltin kibret aktar lejn il-ħsieb politiku milli lejn l-istemma tal-partiti.

Fattur ieħor li hu evidenti għal kulħadd minbarra għal qaqoċċa li għadha taħkem lill-PN bil-politika tad-dlam, hu li l-Gvern Laburista umli biżżejjed li fejn naqas ikkoreġa. Fejn fallew gvernijiet milli jbiddlu, għandna Gvern riformista. Għandna Prim Ministru ġdid li kull ma jmur il-Maltin u l-Għawdxin iriduh juri aktar ħilietu hekk kif f’temp qasir kien sod biżżejjed quddiem kwalunkwe sfida bla preċedent.

Is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna hi li għandek il-poplu qaqoċċa mal-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela lest biex ikompli jtejjeb u jiffjorixxi. Fuq in-naħa l-oħra għandek qaqoċċa li jxandru negatività, jipriedkaw il-vendikazzjonijiet u jaġixxu b’suppervja lejn il-pajjiż li ramihom għax weġġgħuh u nixfu milli jkattru l-ġid.

Qed ngħixu l-aktar Oppożizzjoni ndannata fl-istorja tagħna. Waqt li huma jridu jibbojkottjaw il-Parlament, il-Maltin u l-Għawdxin ilhom li bbojkotjawhom il-politika tagħhom mill-2013 u hekk tkompli l-istorja. Waqt li huma jkomplu jindannaw, aħna nibqgħu nirriformaw. Waqt li f’xulxin jinfexxu, ma’ xulxin aħna nkomplu nmexxu. Waqt li lilek jaraw li jaffetwaw, miegħek inkomplu nigvernaw. 

Ekonomija

Sport