Friday, April 26, 2024

Ordnat ma jersaqx lejn martu wara li heddidha u kkaġunalha biża’

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena minn Raħal Ġdid tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Joe MIfsud mixli li bejn it-2 u t-3 ta’ Mejju kkaġuna biża’ lill-mara tiegħu u heddidha, kiser il-paċi pubblika b’għajjat u storbju u li fit-2 ta’ Mejju ma obiex l-ordnijiet ta’ Surġent tal-Pulizija.

Fil-Qorti rriżulta li r-raġel għandu problema ta’ droga u li hu wkoll ossessjonat b’martu. Huma joqogħdu Raħal Ġdid, iżda martu kienet marret lejn Ħaż-Żabbar flimkien mal-familja tagħha.

L-akkużat ingħata l-bail fuq garanzija personali ta’ €5,000 u l-Qorti bdiet pre sentencing report biex tgħin lir-raġel biex joħroġ mill-vizzju tad-droga.

Huwa kien ordnat wkoll biex ma jersaqx lejn ir-residenza tagħhom u lanqas lejn l-familja ta’ martu u jidher li se jkun qiegħed imur joqgħod ma’ missieru.

Sport