L-ewwel edizzjoni ta’ Island Knockouts toffri Lejla Eċċezzjonali Mimlija Azzjoni fil-MEYR Centre Qormi, Malta – 11 ta’ Lulju 2025 – l-ewwel edizzjoni t’Island Knockouts bdiet b’saħħitha l-ġimgħa li għaddiet fil-MEYR Centre for PE and Sport, fejn folla ta’ 500 persuna li mliet il-grawnd rat lejla ta’ taqbidiet spettakolari, li inkludiet wiehed mill-favoriti lokali Christian “Coqqos” Schembri, li kiseb rebħa dominanti b’TKO fir-raba’ rawnd kontra it- taljan Giacomo Bottoni.
Fi ġlieda prinċipali oħra, Brandon “Bogon” Borg ħasad lill-udjenza b’knockout spettakolari fit-tielet rawnd kontra Patrick Mbida. L-avveniment, organizzat minn Christian Schembri u Tiziana Farrugia, kellu wkoll undercard b’lista qawwija ta’ talent Malti li spikka fil-lejla.
L-aqwa wirjiet kienu: Travis Camilleri rebaħ lil Josef El Shemy Ryan Merges rebaħ lil Joniel Sako Jean Micallef rebaħ lil Ahmed El Bakkouri Julian Attard rebaħ lil Joshua Lenartsson Jake Gomez rebaħ lil Fiodor Cachia Clint Camilleri rebaħ lil Leon Mizzi għat-titlu MBA Amateur Welterweight Championship.
Isaac Bugeja rebaħ lil Liam Park Andrew Magro rebaħ lil Aron Selam Il-lejla kienet ikkaratterizzata wkoll mill-preżenza tal-ultra- atleta Fabio Spiteri, li reċentement temm id-Deca Ironman u spiċċa fit-tieni post. Il-ko-organizzatur tal-avveniment Christian Schembri qal:
“Island Knockouts mhix biss dwar ġlied – hi dwar il-qalb, it-talent u l-ispirtu Malti. L-enerġija tal-lejla kienet inkredibbli, u dan hu biss il-bidu.”
Bil-popolarità taghha dejjem tikber, Island Knockouts qed issaħħaħ is-sitwazzjoni tagħha bħala pjattaforma għall-boxing professjonali u dilettanti f’Malta u lil hinn minnha