Wednesday, October 9, 2024

Oriol Romeu fir-radar ta’ Roma

Aqra wkoll

Hekk kif jidher imminenti li l-winger Renato Sanches se jitlaq lil Roma sabiex imur jilgħab x’imkien ieħor, it-tim mill-belt kapitali Taljana xeħtu ħarsithom fuq Oriol Romeu li bħalissa jinsab reġistrat fuq il-kotba ta’ Barcellona FC.

Romeu hu plejer Spanjol li ħafna mid-drabi jilgħab f’nofs il-grawnd u li ħalla impressjoni tajba fl-20 preżenza tiegħu mal-Blaugrana fejn dejjem ta l-mija fil-mija tiegħu.

Il-kowċ Jose Mourinho jixtieq ħafna lil dan il-plejer u jixtieq li d-diriġenti tal-klabb jikkuntentawh.

Sport