Wednesday, July 24, 2024

Mario Balotelli jipproponi lilu nnifsu lil Napoli

Aqra wkoll

Hekk kif Napoli għaddejjin minn kriżi kbira ta’ riżultati, speċjalment wara t-telfa xejn sabiħa ta’ 3-0 kontra Torino, l-attakkant veteran Taljan Mario Balotelli offra lilu nnifsu li jiġi akkwistat mal-Partenopei.

Super Mario, kif inhu magħruf, kien qed jitkellem waqt trasmissjoni li kienet għaddejja fi stazzjon Taljan.

Hu qal li bħalissa qed jilgħab ma’ Adana Demirspor għalkemm jixtieq ħafna jirritorna fl-Italja. Hu sostna li jekk Napoli jridu, hu lest li jingħaqad magħhom u jgħinhom joħorġu mill-kriżi ta’ riżultati li jinsabu fiha.

Ekonomija

Sport