Sunday, November 24, 2024

Ottovolante ta’ John Cachia West jirbaħ il-Camilleri Marine Ragusa Weekend Trophy

Aqra wkoll

Ottovolante, ta’ John Cachia West, ħareġ rebbieħ tat-trofew Camilleri Marine Ragusa Weekend fi tmiem il-ġimgħa waqt għoti ta’ premjijiet li sar fir-Royal Malta Yacht Club.

Il-Camilleri Marine Ragusa Weekend ġabar flimkien flotta varjata ta’ racers u cruisers li gawdew żewġ tlielaq lejn u minn Ragusa. 

Filwaqt li ż-żewġ tiġrijiet kienu mmarkati b’riħ ħafif, it-tellieqa għal Ragusa rat kundizzjonijiet aħjar hekk kif il-flotta ħarġet bil-mod mill-Port ta’ Marsamxett. 

L-ewwel li bdew joħorġu mill-bokka tal-port fi grupp żgħir kienu Ottovolante, Juniper (Brian Flahive), Sailaway (Ray Schembri), Geisha (Stefan Debattista) u Corona (Luis Azzopardi/Sara Baldwin).  

L-ewwel li wasal f’Ragusa kienet Corona, segwita dalwaqt minn Jubatus u Ottovolante,

madankollu, bis-sistema ta’ handicap, Ottovolante ħa r-rebħa, segwit minn Jubatus u Corona.  L-IRC Cruising Class rat lill-Inspiration ta’ Godwin Zammit, jirbaħ din it-tellieqa, segwit minn Spirit of the Wind ta’ Simon Xuereb u Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit.

Ir-ritorn lejn Malta kien ta’ sfida daqstant ieħor, b’ibħra ferm ċatti u ftit li xejn riħ, li rat il-flotta titħabat biex toħroġ mill-Porto Turistico Marina di Ragusa, kien evidenti li t-tiġrija kienet se tkun waħda ta’ sfida, u dan jirriżulta fl-irtirar ta’ numru ta’ dgħajjes.

Ottovolante, reġa’ rebaħ ir-rebħa fil-ħin ikkoreġut, segwit minn Geisha u Dimm, dan tal-aħħar kien ukoll l-ewwel fil-Klassi tal-IRC Cruisers. 

Meta wieħed iqis ir-riżultati taż-żewġ tiġrijiet, ir-riżultat finali wera lil Ottovolante bħala r-rebbieħ, segwit minn Geisha u Jubatus. Fil-kategorija tal-Cruisers, l-ewwel tliet dgħajjes kienu Inspiration, Dimm u Janissah (Mario Debono).

Il-premjijiet, mogħtija minn Camilleri Marine,  kienu jikkonsistu f’RescueMe PLB3, Arimar Folding Tender, Sigma Inflatable Lifejackets u diversi Lalizas Jockey Hats. Dawn ġew ippreżentati lir-rebbieħa mis-Sur Kenneth Camilleri, Direttur Maniġerjali, Camilleri Marine.

Il-Club irringrazzja lil Camilleri Marine għall-appoġġ ġeneruż tiegħu u lill-Porto Turistico Marina di Ragusa talli offrew lejl ta’ rmiġġ b’xejn lill-flotta. Ringrazjamenti marru wkoll lill-voluntiera tar-Race Management Team fosthom Martin Azzopardi, Michelle Caruana, Alana Meadows, Mark Napier u Neity Maddock.

It-tellieqa li jmiss lil hinn mix-xtut fuq il-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club se tkun l-64 edizzjoni tal-Malta-Syracuse Race, li hija ko-ospitata mall-Lega Navale Italiana (Siracusa). Din it-tiġrija hija waħda mill-eqdem tiġrijiet fil-Mediterran, din is-sena se tibda minn Malta fit-12 ta’ Lulju.

Camilleri Marine Ragusa Weekend Riżultati

Overall
1stOttovolante (John Cachia West)
2ndGeisha (Stefan Debattista)
3rdJubatus (Sean Borg)
Class Prizes
IRC 1Jubatus (Sean Borg)
IRC 2Ottovolante (John Cachia West)
IRCCruisers 
1stInspiration (Godwin Zammit)
2ndDimm (Kevin Pisani Zammit)
3rdJanissah (Mario Debono)

Sport