Ousmane Dembele għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, bl-attakkant bħalissa qed jiffoka biex jirritorna għall-aqwa forma tiegħu ma’ Barcelona.
Il-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, li jfisser li, kif inhu, se jkun qed iħalli lil Barcelona bi free transfer qabel l-istaġun li ġej.
Il-ġganti Katalani ppruvaw ibigħu lill-player ta’ 24 sena f’Jannar, iżda huwa baqa’ mal-klabb wara d-data tal-għeluq tat-trasferimenti u kien involut fl-aħħar ħames logħbiet tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha.
Wara li skorja u pprovda żewġ assists fir-rebħa ta’ 4-0 tal-Ħadd kontra Athletic Bilbao, il-coach ta’ Barcelona Xavi u l-president Joan Laporta t-tnejn qalu li riedu li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 jibqa’ mal-club.
Huwa mifhum li Dembele mhux se jgħaġġel rigward deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, hekk kif bħalissa qed jiffoka biex jgħin lil Barcelona igawdu tmiem b’saħħtu tal-istaġun.
Paris Saint-Germain u Tottenham Hotspur wrew interess fl-attakkant f’Jannar, filwaqt li huwa wkoll miftuħ li jingħaqad jew ma’ Chelsea jew ma’ Manchester United.
Dembele skorja darbtejn u rreġistra ħames assists f’16-il dehra f’livell ta’ club f’dan l-istaġun.