L-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele, rrifjuta l-offerta finali tal-club ta’ kuntratt ġdid u se jitlaq bħala free agent fl-aħħar ta’ Ġunju.
Il-futur tal-internazzjonali Franċiż kien is-suġġett ta’ ħafna dibattitu hekk kif qed huwa jinsab proprju fl-aħħar ftit ġimgħat tal-ftehim eżistenti tiegħu mal-ġganti Katalani.
Barcelona ppruvaw u naqsu milli jbiegħu lil Dembele f’Jannar li għadda hekk kif huwa kien jinsab fl-aħħar sitt xhur tal-kuntratt tiegħu, f’liema punt kien liberu li jiftiehem dwar ftehim ta’ qabel il-kuntratt ma’ club barrani.