Saturday, December 21, 2024

OZO Group jespandi għall-Ungerija

Aqra wkoll

OZO Group, l-akbar kumpanija li toffri servizzi tar-riżors uman f’Malta, se tespandi l-operat tagħha lejn l-Ungerija wara li ntgħażlet biex tkun is-sieħeb professjonali ta’ grupp internazzjonali f’Budapest.

Din hija l-ewwel assenjazzjoni internazzjonali tax-xorta tagħha għal OZO Group u hija konformi mal-viżjoni tal-Grupp li jespandi s-servizzi tiegħu lil hinn mix-xtut Maltin.

Il-Grupp jimpjega aktar minn 3,000 ħaddiem full-time u huma organizzati fi trejdunjon. Dawn il-ħaddiema  jipprovdu servizzi lil kumpaniji fl-industriji tat-turiżmu, l-ospitalità u l-manifattura.

Fl-2016, studju li għamlet il-Borża ta’ Londra identifika lil OZO Group bħala waħda minn 1,000 kumpaniji li mistennija jispiraw lill-Ewropa. 

Fl-2018, kompliet issir membru sħiħ tal-programm ELITE tal-Borża ta’ Londra; programm internazzjonali ta’ appoġġ għan-negozju u ta’ ġbir ta’ kapital imfassal biex jgħin lill-kumpaniji ambizzjużi jistrutturaw għal aktar tkabbir.

Ekonomija

Sport