Saturday, December 21, 2024

Pajjiżna jibda jirrikonoxxi ċ-ċertifikat tat-tilqim tal-Iżrael

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward iċ-ċertifikati tal-vaċċin rikonoxxuti f’pajjiżna, fis-seduta Parlamentari tal-lejla l-Ministru Chris Fearne qal li bħala awtorità riedu jaċċertaw li min jiġi pajjiżna u ma jkunx jixtieq jagġmel perjodu ta; kwarantina, jrid ikun verament mlaqqam. Huwa spjega li din il-lista ta’ pajjiżi bdiet tiżdied u fost dawn insibu pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, l-Ingilterra, l-iSvizzera, l-Amerika, l-Awstralja, il-Kanada, il-Kosov, il-Palestina u l-Bermuda. Hawnhekk huwa ħabbar li mil-lum beda jiġi aċċettat iċ-ċertifikat tat-tilqim tal-Iżrael.

Fil-bidu kien qed jiġi aċċettat biss minn jippreżenta ċertifikat taż-żewġ dożi minn wieħed minn dawn il-pajjiżi, iżda nħolqot problema ta’ vjaġġaturi li kellhom doża waħda biss minħabba li jkunu ġew infettati u jkunu ngħataw biss doża waħda. Studju li sar irriżulta li dawn il-persuni jkunu b’immunità tajba għall-ivjaġġar.

Fearne żied jgħid li mill-Ħamis se jkun aċċettat iċ-ċertifikat ta’ persuni li jkunu ħadu tilqima f’pajjiż mill-Unjoni Ewropea mbagħad ġew pajjiżna u ħadu t-tieni doża hawnhekk. F’dawn il-każi se jkun qiegħed jinħareġ ċertifikat Malti u Ewropew minn pajjiżna wara li jkun verifikat li verament ngħatat l-ewwel doża skont kif indikat.

Ekonomija

Sport