Sunday, November 24, 2024

“Pajjiżna ma jistax jibqa’ jittollera li persuni b’diżabbiltà jiġu redikolati”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-kodiċi kriminali, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ddeskriviet l-liġi bħala “opportunità unika u li ma tittollera l-ebda attakk, intimidazzjoni jew li persuna anzjana jew b’diżabbiltà tiġi redikolata”. Farrugia Portelli sostniet li dan l-aġir ma jistax jibqa’ jitqies bħala aċċettabbli u li Malta ma tistax tibqa’ siekta għax kif qalet hi stess “jew se nkunu sodi jew mhux se nkunu, m’hemmx triq tan-nofs”.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli saħqet li S’issa mhux kull pajjiż jirrikonoxxi kliem ta’ mibegħda u reati relatati ma’ mibegħda meta dawn ikunu motivati direttament mid-diżabbiltà. Spjegat li figuri ppubblikati riċentament mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali żvelat li 50 fil-mija tal-persuni b’diżabbiltà irrapurtaw li ġew fastidjati f’dawn l-aħħar 5 snin.

Il-Ministru qalet li ma jistax ikun li pajjiżna jiftaħar li huwa wiħed inklussiv u matul is-snin naqas milli jemenda liġi partikolari li meta niġu għas-si u n-no f’dawn it-tip ta’ reati, ikun hawn għodda b’saħħitha fuq xiex nimxu.

Sport