Monday, April 29, 2024

“Għalfejn dejjem jien?”… Jiċħad li xi annimal minn tiegħu gidem persuna

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu kmamar tal-aħbarijiet lokali rrapurtaw dwar mistoqsija parlamentari rigward persuna li allegatament ingidment minn annimal eżotiku.

B’reazzjoni għal uħud mir-rapporti, tkellem is-sid tal-Arka ta’ Noe Anton Cutajar li staqsa “Għalfejn dejjem jien? X’għandi x’naqsam jien?”

Is-sid taż-zoo fis-Siġġiewi spjega dwar is-sigurtà u l-investiment tiegħu fil-post biex ikun jista’ jilqa’ lin-nies. Huwa tkellem dwar il-gaġeġ kbar li għandu fil-post biex fihom jinżammu l-annimali eżotiċi tiegħu. Mhux biss, huwa żied jgħid li mad-dawra tal-gaġeġ hemm ilqugħ ieħor bħala miżura ta’ prekawzjoni biex żgur jiġu evitati kull forma ta’ inċident. 

Cutajar għamilha ċara li hu u l-post immexxi minnu ma kellu x’jaqsam xejn mal-aċċident imsemmi aktar kmieni fuq mezzi tal-midja lokali.

Sport