Monday, April 22, 2024

“Pakkett mid-dark web indirizzat f’Portomaso … Ma ġiex mitkellem għax laħaq miet” – Is-Supretendent mit-Taqsima Kontra t-Terroriżmu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu qed tkompli l-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Illum mistennija jixhdu s-Supretendent George Cremona mit-Taqsima ta’ Kontra t-Terroriżmu, u ċ-Chairman tal-Bord tal-Accountancy Prof. Peter J. Baldacchino.

9:45 a.m: “Il-Kummissarju kien qalli l-importanti li jsibu li għandhom isibu u jsolvu l-każ” – Is-Supretendent mit-Taqsima Kontra t-Terroriżmu

Jitla jixhed is-Supretendent  George Cremona, il-Kap tad-Dipartiment kontra t-Terroriżmu fi ħdan ill-Korp tal-Pulizija li ilu responsabbli minn din il-kariga sa mill-2005. L-Avukat Jason Azzopardi jistaqsi fuq dak li ġara fis-16 t’Ottubru taal-2017, wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Cremona spjega li dakinhar, għall-ħabta tal-4:30 p.m, wara li sar magħruf bil-qtil tal-bomba, bdew ikellmu counterparts Amerikani, għal iktar tagħrif u għajnuna. Zal li kien sigur li jekk jiġu hawnhekk, ikunu jistgħu jagħmlu trijangulazzjoni tad-data. Dan seħħ fuq inizjattiva personali tiegħu. Sussegwentament, anke wara t-taħdidiet li kellu, informa lill-eks Kummissarju Cutajar kif ukoll lil Silvio Valletta. Qal li huwa staqsa għall-iqsar ħin possibbli biex huma jiġu hawnhekk.

Il-Kummissarju kien qallu “L-importanti, li jsibu dawk li għandhom isibu u jsolvu l-każ.” L-esperti kienu jirrikjedu trijangulazzjoni u riċerka ta’ data fuq ċertu cells tat-telphone, li saret. Cremona saħaq li l-isem tal-attache ġie mneħħi għar-raġunijeit ta’ sikurezza, pero l-konversazzjoni kienet esebita. Talab għal użu ta’ assi satellitari li kienu fuq Malta, pero qalulu li ma kienx hemm satellita tkopri ż-żona tal-Bidnija u l-bqija ta’ Malta fix-xhur ta’ qabel.

10:00 a.m: “Pakkett mid-dark web indirizzat f’Portomaso … Ma ġiex mitkellem għax laħaq miet” – Is-Supretendent mit-Taqsima Kontra t-Terroriżmu

Mistoqsi x’ġara mill-2019, Cremona saħaq li fid-29 ta’ Settembru ta’ dik is-sena, kien infurmat minn kontroparti Amerikana minn Homeland Security li kien hemm persuna li xtaq jixtri arma tan-nar, u silencer minn dark web.

Dark web hija sistema fejn il-kuntrabandu tad-dinji jiġi mixtri u ppubblikat. Huwa diffiċli ħafna biex tasal għal min ikun iħallas, minħabba l-użu tal-bitcoin. Dan il-pakkett kellu jintbagħat fuq George Fenech, fil-21 sular tat-torri ta’ Portomaso. Ma baqgħux għaddejjin fuq l-investigazzjoni għaliex kien hemm operazzjoni tal-Guardia de Finanza li neħħiet is-sit.

Mistoqsi fuq jekk kellmux lil George Fenech, l-ispettur saħaq li huwa laħaq miet. Qal li l-Homeland Security tawhom l-indirizz, pero ma tawx l-ismijiet.

L-Imħallef Said Pullicino isaqsi jekk dawn l-affarijiet humiex relevanti għall-bord, Azzopardi jisħaq li eventwalment iktar evidenza annessa ser tiġi miġbura mill-Europol li tgħaqqad kollox.

Azzopardi jitlob li l-inkjesta tkompli bil-magħluq.

Tintemm ix-xhieda ta’ Cremona. Is-seduta sospiża sal 11:00 a.m.

Sport