Sunday, November 24, 2024

Pamela Psaila tikklassifika fit-tieni post f’kompetizzjoni prestiġjuża tal-Cross Fit fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Pamela Psaila kklassifikat fit-tieni post f’kompetizzjoni prestiġjuża rinomata sew tal-Cross Fit fl-Ingilterra.

Din kienet il-kompetizzjoni internazzjonali Strength in depth CrossFit f’Londra fil-kategorija tal-masters bejn l-40 u l-44 sena. Kienet l-ewwel kompetizzjoni individwali tagħha mill-lock downs tal-Covid-19.

L-avveniment kien fuq tliet ijiem ta’ kompetizzjoni b’sitt workouts biex jiġu ttestjati l-abbiltajiet differenti tal-atleti.

Pamela kellha bidu ftit iebes nhar il-Ġimgħa fejn spiċċat il-ġurnata fis-sitt post.

Mis-Sibt ‘il quddiem hija rkuprat il-workout tal-pożizzjoni tagħha billi kellha prestazzjonijiet mill-aqwa matul il-bqija ta’ tmiem il-ġimgħa bil-Ħadd ikun il-qofol tal-kompetizzjoni tagħha. Hija rebħet l-aħħar żewġ workouts u temmet fit-tieni post fil-leaderboard ġenerali.

It-tħejjijiet tagħha għal din il-kompetizzjoni bdew f’April li għadda wara li kkwalifikat mal-aqwa 10 atleti madwar id-dinja għall-avveniment dirett.

Sport