Il-player ta’ Raiders Lija, Anna Aloisio, hija t-tieni player ta’ dan il-club li rebħet l-unur tal-Player tax-Xahar għall-istaġun 2021/2022.
Aloisio, skorer ta’ sitt goals mal-club tagħha dan l-istaġun, ġiet nominata l-aħjar player għax-xahar ta’ Mejju hekk kif rebħet l-unur finali tal-istaġun.
Il-wingback enerġetika kellha parti ewlenija fl-istaġun notevoli ta’ Raiders Lija wara li spiċċaw fir-raba’ post b’31 punt minn 18-il logħba.
Aloisio skorjat doppjetta fir-rebħa ta’ 5-0 ta’ Raiders Lija fuq San Ġwann fit-3 ta’ Mejju li għadda.
Hija ġiet ippreżentata bit-trofew waqt preżentazzjoni uffiċjali mis-Segretarju Ġenerali tal-Malta FA, Dr Angelo Chetcuti.