Thursday, May 16, 2024

“Irridu niddeċiedu f’isem il-koppja li s’issa tilfet 10 trabi… kollha joħorġu moħħhom miftuħ”

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kompla d-dibattitu dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Ministru għall-Inklużjoni, l-Għaqdiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli qalet li m’hemm l-ebda definizzjoni akbar tal-kelma tbatija min dik li ġenitur jitlef tarbija waħda l-oħra fil-ġuf jew ta’ dawk li jifirħu b’tarbija ġdida f’idejhom għal biss ftit istanti sakemm it-tobba jgħarrfuhom li l-istess tarbija se tkun qiegħda tmut fi żmien ftit ġimgħat jew xhur.

Il-Ministru Farrugia qalet li waqt li kienet qiegħda tikkontesta għall-elezzjoni, semgħet rakkont ta’ koppja partikolari li għadha qiegħda tgħix din it-tbatija. Spjegat li din il-koppja s’issa tilfet għaxart itrabi li rnexxielhom iwassluhom kważi kollha sal-aħħar tat-tqala, iżda mat-twelid, dawn joħorġu moħħhom miftuħ ktieb u jmutu. Il-Ministru kompliet tgħid li għalkemm diffiċli li dawk li mhumiex jgħixu mill-qrib din il-forma tat-tbatija, jifhmu kemm hi sitwazzjoni diffiċli, ma tistax tibqa’ siekta waqt l-opportunità tagħha li titkellem f’isimhom fil-parlament.

Farrugia Portelli kompliet biex tgħid li minbarra li din il-koppja għaddejja minn dan kollu, il-ħajja trid tkompli għal kulħadd u li dawn jaħdmu l-ġimgħa kollha biex xi darba jkunu jistgħu jaffordjaw li jmorru għall-proċess tal-IVF barra minn pajjiżna. “Dan għaliex s’issa, pajjiżi li tant inħobb għadu jesporta lil din il-koppja u oħrajn bħala bil-problemi tagħhom barra minn xtutna”, kompliet il-Ministru.

Żiedet tgħid li sal-mument li fih qiegħed ikompli dan id-dibattitu fil-parlament, it-test tal-Preimplantation Genetic Testing (PGT-M) li jista’ jevita dawn l-imwiet, għadu ma jeżistix f’pajjiżna. 

Tenniet li din il-liġi li qed tiġi diskussa hi raġġ ta’ dawl li jista’ jibda jwennes din il-weġgħa ta’ din il-koppji u li din hija realtà li kull membru fil-kamra għandu l-obbligu li jitkellem, janalizza u fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi biex itejjeb il-ħajja ta’ dawn il-koppji.

Sport