Waqt żjara li l-President Ukren Volodymyr Zelensky qed jagħmel f’Ruma, illum kellu laqgħa ma’ Papa Franġisku. Din kienet l-ewwel laqgħa ta’ Volodymyr Zelensky mal-mexxejj tal-Knisja Kattolika.
Papa Franġisku qal lil President Ukren li hu jitolb għal paċi l-ħin kollu. Huma kellhom laqgħa privata fil-Vatikan stess li damet ftit minuti.
Il-Papa sostna li hemm bżonn li l-popli Russi u anke l-Ukreni l-aktar vunerabbli jingħataw l-għajnuna b’mod immedjat.
Intant, il-President Ukren aktar kmieni kellu laqgħa mal-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni fejn assigurat li se tibqa’ tagħti l-għajnuna tagħha lil poplu Ukren.
F’Ruma minħabba din iż-żjara kien hemm aktar minn 1,000 uffċijali tal-pulizija kif ukoll ma setax itirju ajruplani fuq il-belt.