Thursday, December 19, 2024

Pariġi: Gass tad-dmugħ sparat fuq dimostranti ispirati minn dawk Kanadiżi

Aqra wkoll

Ġewwa Pariġi, il-pulizija kienu kostretti jisparaw gass tad-dmugħ fuq numru żgħir ta’ dimostranti li ħarġu jipprotestaw bil-vetturi f’Champs Elysees, liema dimostrazzjonijiet kienu ispirati minn dawk li qegħdin iseħħu ġewwa l-Kanada. 

Il-pulizija waqqfu numru ta’ checkpoints madwar it-toroq l-iktar traffikużi ta’ Pariġi u qalu li huma b’suċċess waqq­fu minn tal-inqas 500 vettura fi triqthom lejn il-protesta li kienet qiegħda ssir mingħajr permess. Kien hemm numru żgħir ħafna ta’ karozzi li rnexxielhom jiż­giċċaw iċ-checkpoints u dawn ħolqu konflużjoni fit-traffiku. L-awtoritajiet sparaw gass ta’ dmugħ u talbu lid-dimostranti biex jieqfu, b’uħud minn dawn tal-aħħar jitilgħu fuq is-soqfa tal-karozzi tagħhom f’nofs ta’ triq u joħolqu kaos ta’ traffiku. Il-pulizja taw xejn inqas minn 300 ċitazzjoni lil sewwieqa li kienu involuti f’dawn id-dimostrazzjonijiet. 

F’żona oħra ta’ Pariġi, f’protesta oħra li kienet għaddejja l-pulizija arrestaw numru ta’ dimostranti u kkonfiskaw għadd ta’ skieken, imrietel u oġġetti oħrajn. 

Dawn id-dimostrazzjonijiet qegħdin iseħħu kontra l-ordni li biex wieħed jidħol fir-restorant u postijiet oħrajn irid juri ċertifikat tal-vaċċin.

Ekonomija

Sport