Monday, July 13, 2026
Home Sport Youri Tielemans jinforma lil Leicester City li mhux se jkun qed jiffirma...

Youri Tielemans jinforma lil Leicester City li mhux se jkun qed jiffirma ftehim ġdid fil-club

0
740

Youri Tielemans informa lil Leicester City li mhux se jkun qed jiffirma ftehim ġdid fil-club.

Il-player ta’ 24 sena reġa’ kien player importanti għall-Foxes dan l-istaġun, fejn għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja sitt goals u pprovda tliet assists fil-proċess.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Tielemans fil-King Power Stadium għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, u għadd ta’ clubs, inkluż Manchester United, ġew marbuta b’mod qawwi mas-servizzi tiegħu.

Rapport riċenti sostna li r-Red Devils se jkunu qed jagħmlu offerta ta’ £40 miljun għall-internazzjonali Belġjan bit-tama li jassiguraw il-firma tiegħu qabel l-istaġun li ġej.

Tielemans mhux se jkun qed jiffirma ftehim ġdid ma’ Leicester u dan is-sajf se jimbotta biex jitbiegħed mill-club.

Il-midfielder, li kien ukoll marbut ma’ Liverpool u Arsenal, skorja 23 goal u rreġistra 22 assist f’135 dehra għat-team attwali tiegħu minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Monaco.