Saturday, December 21, 2024

Pariri mit-tabib dwar il-COVID-19

Aqra wkoll

Miktub Minn Dr Malcolm Galea

Kif nistgħu nagħmlu d-distanza soċjali esperjenza pożittiva?

Covid-19 biddel għal ħafna dak li konna nikkunsidraw bħala normali. Id-distanza soċjali biddlet il-mod kif nagħmlu dak li konna nieħdu for granted – kif nixtru, kif naħdmu, kif jitgħallmu t-tfal, kif nirrilassaw… Id-distanza soċjali hija norma ġdida li qegħdin nidraw bil-mod. Minkejja li ċ-ċirkostanzi li wassluna għaliha ma huma xejn pjacevoli, ma jfissirx li ma nistgħux ndawru d-distanza soċjali f’esperjenza posittiva. Dan nistgħu nagħmluh billi nsegwu diversi punti, fosthom:

– inżommu rutina simili kemm jista jkun għal dik li kellna qabel. Sintendi din jaf ikollna naddattawha skond ċ-ċirkostanzi individwali tagħna bħal per eżempju jekk issa rridu nikkumbinaw li naħdmu mid-dar u niehdu hsieb t-tfal ukoll.

– importanti nieklu ikel nutrittiv, nistriehu kemm suppost u fejn nistgħu nagħmlu xi eżerċizzju. 

– inżommu kuntatt soċjali permezz tal-mezzi li toffrilna t-teknoloġija, speċjalment mal-membri tal-familja u ħbieb viċini, però wkoll, għal min għandu iktar ċans mis-soltu, forsi jerġa jikkomunika ma xi ħbieb li ilu ma jkellem.

– nagħmlu xi affarijiet li normalment ma jkollniex ċans għalihom u dejjem nixtiequ nagħmlu, bħal per eżempju naħdmu fil-ġnien, nirranġaw xi ritratti, naraw xi film, nippruvaw xi riċetti ġodda.

– nirrealizzaw fuq kollox li d-distanza soċjali hija ġest altruista li l-benefiċċju tiegħu ma hux biss gwadann individwali iżda l-benefiċċju ġenerali tal-membri kollha tas-soċjetà.

Kemm hu importanti li nagħmlu xi forma ta’ eżercizzju f’dan iż-żmien meta aħna mitlubin noqogħdu d-dar? X’tip ta’ eżerċizzju tirrakomanda speċjalment għal dawk li ma tantx imdorrijin jagħmlu xi forma ta’ attività fiżika jew l-anzjani?

Persuna li tqatta’ l-ħin kollu d-dar minħabba xi forma ta’ kwarantina jew distanza soċjali qiegħda f’riskju ikbar li tispiċċa tagħmel ftit wisq jew xejn eżerċizzju. Importanti nkunu konxji ta’ dan. L-Għaqda Dinjija tas-saħħa tirrakkomanda 150 minuta ta’ eżerċizzju moderat jew 75 minuta ta’ eżerċizzju intensiv fil-ġimgħa. Hemm diversi metodi kif nistgħu nagħmlu dan, fosthom:

– pawsi regolari mix-xogħol mid-dar, idealment kull 30 minuta, fejn tqum u timxi daqxejn.

– nsegwu klassijiet ta eżerċizzju fiżiku online (insibu diversi riżorsi anke b’xejn bhalissa)

– xogħol madwar d-dar, bħal tindif, xogħol fil- ġnien, eċċ 

– logħob mat-tfal 

– meditazzjoni u mezzi oħra ta’ rilassament 

L-eżerċizzju fl-anzjani jista jkun metodu kif inaqqas is-solitudni u huwa mportanti ħafna wkoll. Sintendi, wieħed irid jara li ma jagħmilx iktar eżerċizzju milli jiflaħ u jżid dejjem ftit ftit, kemm bħala ħin, kif ukoll bħala intensita.

X’tip ta’ dieta għandna nsegwu?

Dieta bilanċjata hija importanti daqs, jekk mhux iktar minn, qabel.  Tajjeb nevitaw ħafna zokkor u xaħmijiet u nieklu ikel bnin bħal frott u ħaxix, kif ukoll ammont adegwat ta’ laħam varjat bħal tiġieġ, ħut u majjal. Dawn huma sors ta proteini u persuna vegan jew vegetarian għandu/a jkun ċert li jġib dawn il-proteini minn banda oħra. Huwa suġġerit illi nieklu ikel wholegrain flok dak raffinat. Irridu nnaqqsu l-ammont ta zokkor, xaħmijiet u mluha. Huwa essenzjali li wieħed jara li jixrob biżżejjed biex ma jixxuttax. Nevitaw energy drinks, juices u soft drinks u minflok nixorbu ilma. Importanti ma nabbuzawx minn alcohol u spirti.

Ekonomija

Sport