Paris Saint-Germain qed jaħdmu fuq ftehim biex iġibu lil Nordi Mukiele fil-club mingħand RB Leipzig u diġà qablu dwar termini personali mad-difensur.
Mukiele fadallu biss sena fil-kuntratt eżistenti tiegħu fir-Red Bull Arena u għalhekk jista’ jitħalla jitlaq għal ħlas bi prezz imnaqqas dan is-sajf.
Jingħad li Manchester United kienu interessati fi ftehim għall-player ta’ 24 sena, li ħadem taħt il-gwida tal-ex manager temporanju tar-Red Devils, Ralf Rangnick, fil-Ġermanja.