Sunday, May 19, 2024

Il-passaport tal-Ġappun konfermat bħala l-aktar b’saħħtu fid-dinja

Ir-Renju Unit jikklassifika fis-sitt post b’aċċess għal 187 pajjiżi

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Filwaqt li qabel il-pandemija tal-Covid-19 għadd ta’ pajjiżi fl-Ewropa kellhom l-aktar passaporti b’saħħithom fejn jidħol aċċess faċli f’nazzjonijiet oħra, issa l-paġna nqalbet biex l-aktar b’saħħithom huma dawk tal-Ġappun, ta’ Singapore u tal-Korea t’Isfel.

Passaport Ġappuniż jagħti l-fakultà, għal min huwa fil-pussess tiegħu, li jidħol f’xejn inqas minn 193 nazzjonijiet differenti, wieħed aktar minn dak ta’ Singapore u tal-Korea t’Isfel. Din l-informazzjoni ħarġet mill-aħħar indiċi ta’ Henley Passport tal-kumpanija ta’ konsultazzjoni dwar l-immigrazzjoni ta’ “Henley & Partners”.

Id-dokument tal-ivvjaġġar Russu kklassifika fil-50 post b’aċċess għal 119 pajjiżi different mentri ċ-Ċina rriżultat fid-69 post b’aċċesss għal 80 nazzjonijiet. Il-passaport Indjan ġie fis-87 post u dak Afgan instab li huwa l-inqas bżonnjuż minħabba li jkopri biss 27 pajjiżi.

Fi stqarrija miċ-chairman ta’ “Henley & Partners”, Christian Kaelin, qal li, “l-irkupru u r-riklamazzjoni tal-libertà tal-moviment tagħna u l-istint naturali li niċċaqilqu u nemigraw, wara l-pandemija se jdum ftit biex jirranka”.

Skont dan l-indiċi, fl-2017 il-pajjiżi Ażjatiċi bil-kemm kienu fost l-aktar 10 pajjiżi li għandhom passaport aċċettat f’pajjiżi oħra. Id-dominazzjoni f’dan ir-rigward kienet f’idejn uħud mill-pajjiżi Ewropej imma issa l-Ġermanja kklassifikat wara l-Korea t’Isfel. 

L-aħħar stħarriġ juri li r-Renju Unit irriżulta fis-sitt post b’aċċess għal 187 pajjiżi mentri l-Istat Uniti kellu 186.

Sport