Wednesday, April 24, 2024

Paris Saint-Germain jkompli jsegwu lil N’Golo Kante

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain għamlu kuntatt mal-aġent tal-midfielder ta’ Chelsea, N’Golo Kante, rigward free transfer potenzjali fis-sajf li ġej.

Il-player internazzjonali Franċiż issa daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge u huwa mifhum li rrifjuta l-ewwel offerta ta’ estensjoni tal-Blues.

Il-ko-proprjetarju ta’ Chelsea, Todd Boehly, huwa ħerqan li jżomm lil Kante fuq il-kotba tal-Blues, iżda l-player ta’ 31 sena qed iżomm għal offerta aħjar mis-sentejn li offrielu l-club minn Londra.

Sport