Thursday, September 26, 2024

Paris SG iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Achraf Hakimi

Aqra wkoll

Iċ-champions Franċiżi Paris St Germain qed jiddiskutu mal-aġent tad-difensur Achraf Hakimi sabiex iġeddu l-kuntratt tiegħu. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Marokkina li rnexxa mhux ftit mat-tim mill-belt kapitali Franċiża.

Hakimi ilu ma’ PSG sa mis-sena 2021 fejn skorja 14-il gowl f’89 partita. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Real Madrid, Borussia Dortmund u Inter. Hu rrappreżenta lil pajjiżu 79 darba u skorja disa’ gowls.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport