Friday, April 19, 2024

Paris SG iridu jiffirmaw lil Lucas Hernandez

Aqra wkoll

Paris St Germain jinsabu viċin li jiksbu s-servizzi ta’ Lucas Hernandes ta’ Bayern Munich. Dan tal-aħħar hu difensur li bħalissa għandu kuntratt mat-tim mill-Bavarja sa Ġunju 2024. Hu aċċetta l-proposta taċ-champions Franċiżi u jinsab lest li jingħaqad magħhom.

Hernandez għandu 27 sena u wara ħames snin ma’ Atletico Madrid, fis-sena 2019 ingħaqad ma’ Bayern Munich fejn spikka ferm magħhom filwaqt li għen lit-tim jirbaħ il-kampjonat għal sena wara l-oħra.

Hu lagħab 74 partita fil-Ġermanja u skorja gowl wieħed biss.

Sport