Monday, July 13, 2026
Home Sport Paris SG joffru salarju akbar lil Salah biex jingħaqad magħhom

Paris SG joffru salarju akbar lil Salah biex jingħaqad magħhom

0
96

Minkejja li diversi gazzetti Ingliżi qed jgħidu li l-istilla ta’ Liverpool Mohamed Salah se jiffirma kuntratt u jestendi ż-żmien tiegħu f’Anfield Road, fl-aħħar sigħat tfaċċat l-aħbar li ċ-champions Franċiżi Paris St Germain jinsabu interessati fis-servizzi tiegħu.

Il-Pariġini se jkunu qed joffrulu salarju ta’ €500,000 fil-ġimgħa kontra dak li qed jipproponulu r-Reds iġifieri €400,000.

Salah għandu 32 sena u ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2017.