Tuesday, May 21, 2024

Paris SG mhux se jneħħu lil Xavi Simons

Aqra wkoll

Paris St Germain ħabbru li mhux se jisimgħu xi offerti li qed jagħmlu klabbs Ewropej għall-plejer ta’ nofs il-grawnd żagħżugħ Xavi Simon li bħalissa jinsab misluf lil RB Leipzig. Huwa qed jattira l-attenzjoni ta’ Bayern Munich u timijiet oħra Spanjoli li lesti joffrulu kuntratt tajjeb.

Madankollu d-diriġenti Pariġini mhux se jċedu għax il-kowċ Luis Enrique qal li dan il-plejer hu parti mill-futur tat-tim.

Simons hu għandu 20 sena li hu ta’ nazzjonalitá Olandiża u li għadu jrid jiddebutta fit-tim ewlieni ta’ Paris St Germain.

Sport