Paris St Germain jinsabu lesti li joffru €44 miljun kull staġun lill-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ Manchester United, Marcus Rashford hekk kif fi tmiem l-istaġun jintemmlu l-kuntratt mal-club Ingliż.
Il-proposta hija ta’ salarju ta’ €850,000 fil-ġimgħa. Din is-somma sostanzjali hija theddida kbira għar-Red Devils biex iġeddu l-kuntratt ta’ Rashford għal sena oħra skond klawsola li hemm miktub fil-ftehim tiegħu.
Wieħed irid jara x’se tkun ir-reazzjoni ta’ dan il-player ta’ 25 sena li qed jimpressjona fil-wirjiet tiegħu kemm fuq livell ta’ club kif ukoll fuq dak internazzjonali.