Tuesday, May 14, 2024

Bayern Munich iridu lill-goalkeeper Kroat Dominik Livakovic

Aqra wkoll

Bayern Munich f’daqqa waħda sabu ruħhom mingħajr il-goalkeeper regolari tagħhom għall-kumplament tal-istaġun wara l-injury mhux mistennija li sofra Manuel Neuer waqt li kien fuq btala qed jiskijja biex ħarbtet il-pjani kollha tal-club mill-Bavarja.

Huwa kiser siequ liema injury se tħallieh barra sa Lulju li ġej. 

Il-fatt li l-goalkeeper Dominik Livakovic kellu prestazzjonijiet eċċellenti f’din it-Tazza tad-Dinja ġibed l-attenzjoni kollha tal-ġerarkija ta’ Bayern Munich u għaldaqstant jinsabu lesti biex jiftħu negozjati ma’ Dinamo Zagreb biex f’Jannar li ġej imur jilgħab fl-Allianz Arena. 

Livakovic jinsab taħt kuntratt mal-club Kroat sal-2024. 

Sport