F’partita ta’ ħbiberija, il-Belġju għelbu lill-Ġermanja 3-2 biex b’hekk kellhom bidu mill-aqwa taħt il-coach il-ġdid, Domenico Tedesco, li rathom jiksbu rebħa drammatika f’Cologne.
Il-Beġju fetħu vantaġġ bikri ta’ 2-0 permezz ta’ Yannick Carrasco (6) u Romelu Lukaku (9) waqt li Niclas Fullkrug (44) naqqas id-distakk qabel il-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima Kevin De Bruyne (78) għamilhom 3-1 b’Serge Gnabry (87) jerġa’ inaqqas id-distakk għat-team ta’ Hansi Flick.
DRAW BLA GOALS F’MADRID – Il-Marokk u l-Peru spiċċaw fi draw ta’ 0-0 f’partita ta’ ħbiberija oħra li saret fil-Wanda Metropolitano Stadium ta’ Madrid fejn minkejja l-ħafna ċansijiet li ħolqu fl-ewwel taqsima, il-Marokk naqsu li jsibu x-xibka bit-tieni taqsima tiżvolġi bl-istess andament.
Il-logħba kellha tmiem kontroversjali meta fid-79 minuta, Soufiane Boufal tal-Marokk u Carlos Zambrano tal-Peru sfaw imkeċċija għal kondotta vjolenti.
Id-draw għal Marokk wasal wara li nhar is-Sibt huma saru l-ewwel pajjiż Afrikan li għeleb liċ-champions tad-dinja ħames darbiet, il-Brażil meta għelbuhom 2-1 f’Tangier.