F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet f’Perth, fl-Awstralja, Manchester United tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals biex kellhom jikkuntentaw fi draw ta’ 2-2 kontra Aston Villa.
Dan il-konfront intlagħab f’xita kontinwa li għamlitha ferm diffiċli għaż-żewġ naħat.
Manchester United skorjaw darbtjen minn Jadon Sancho (25) u minn auto-goal ta’ Matty Cash (42).
Fit-tieni taqsima, il-coach ta’ Aston Villa, Steven Gerrard, għamel bosta tibdil u Leon Bailey (49), wieħed mis-sostituti naqqas il-marġni tal-iskor.
Hekk kif deher li l-United kienu se jiksbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti, fit-93 minuta Calum Chambers kiseb id-draw għall-Villans permezz ta’ daqqa ta’ ras.