Saturday, May 4, 2024

Cristiano Ronaldo se jibqa’ ma’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, se jibqa’ ma’ Manchester United.

Jidher li l-player ta’ 37 sena rrassenja ruħu biex jibqa’ f’Old Trafford wara li dan ipprova jbiegħ lilu nnifsu biex jilgħab fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.

Iżda l-ebda club ma kien lest jingaġġa lil dan il-player ta’ din l-etá u jħallas salarju ta’ aktar minn £350,000 fil-ġimgħa.

Huwa ma jinsabx mal-bqija tal-iskwadra li qed tagħmel il-pre-season fl-Awstralja peró qed jagħmel it-taħriġ waħdu.

B’hekk din l-aħbar ixxejjen kull spekulazzjoni li Ronaldo se jitlaq minn Old Trafford.

Sport