Malta …………1
Ġibiltá ………0
F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fin-National Stadium, Malta għeleb lil Gibiltá bl-iskor minimu ta’ 1-0 liema rebħa setgħet kienet ferm akbar li kieku kienu aktar preċiżi u anke ġew imċaħħda minn diversi saves tal-goalkeeper, Dejan Coleing, li kien providenzjali għat-team tiegħu.
Ta’ min jirrimarka li f’din it-taqsima, Ġibiltá, dehru ferm kumpatti u organizzati fid-difiża fejn ftit li xejn taw spazju lill-Maltin u annullaw diversi attakki tagħhom.
Kienu l-Maltin li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta xutt angulat fil-baxx ta’ Luke Montebello ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Coleing.
Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti biss wara kien imiss lil Jurgen Degabriele li jittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li kważi ħasad lil Coleing, li kien għoddu kkommetta auto-goal iżda salva b’diffikultá f’żewġ tentattivi.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Maltin, għalkemm l-azzjoni sussegwenti waslet biss fid-39 minuta permezz ta’ xutt mill-bogħod ta’ Matthew Guillaumier, li ġie salvat għal darb’ohra f’żewġ tenatattivi minn mal-art minn Coleing.
Gibiltá wieġbu għall-ewwel darba fl-44 minuta permezz ta’ konklużjoni sabiħa ta’ De Barr, li ħarġet l-aħjar tal-goalkeeper Malti Henry Bonello.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Malta kompliet tipproduċi l-isbaħ logħob u ta’ dan ġiet ippremjata, meta fit-58 minuta, fetħet l-iskor meta wara li rċieva l-ballun minn clearance tad-difensur Niels Hartman, JOSEPH MBONG, ikkontrolla l-ballun tajjeb b’sidru u venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Coleing isalva … b’dan ikun it-tielet, goal tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti.
Wara dan il-goal, wieħed kien jistenna xi tip ta’ reazzjoni minn Ġibiltá iżda din baqgħet ma waslitx, bil-Maltin, ikomplu jiddettaw il-logħba.
Fit-80 minuta, Malta tilfet ċans tad-deheb li tirdoppja meta Kyrin Nwoko fajjar xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa iżda sab lil Coleing attent.
Sitt minuti wara, Joseph Mbong, għadda tajjeb lejn ħuh Paul, li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu minn tarf il-kaxxa salvat mill-goalkeeper avversarju.
Malta kompliet tamministra l-vantaġġ minimu li kellha sa tmiem il-partita.
MALTA: 1-Henry Bonello, 3-Ryan Camennzuli, 4-Steve Borg, 5-Matthew Guillaumier, 6-Joseph Mbong (15-Juan Carlos Corbalan 87), 7-Luke Montebello (14-Kyrian Nwoko 76), 9-Enrico Pepe (20-Jean Borg 63), 13-Jurgen Degabriele (21-Paul Mbong 63), 19-Bjorn Kristensen (26-Yannick Yankam 76), 23-Jodi Jones (10-Teddy Teuma 63) – Coach: Michele Marcolini
ĠIBILTÁ: 23-Dejan Coleing, 4-Jack Sergeant (15-Ayoub El Hmidi 80), 6-Bernardo Lopes (2-Ethan Jonny 57), 10-Liam Walker, 11-Niels Hartman (7-Lee Casciaro 73), 14-Roy Chipolina, 16-Ayman Mouelni, 17-Kian Ronan (5-Ethan James Santos 73), 19-Tjay De Barr, 20-Ethan Britto, 21-Nicholas Poxo – Coach: Julio Cesar Ribas
REFEREE: Milos Boskovic (Montenegro)
ASS. REFEREES: Aleksandar Djikanovic, Nikola Radulovic (Montenegro)
RABA’ UFF: Fyodor Zammit (Malta)
SKORER: J. Mbong 58 (M)
AMMONITI: E. Pepe (M); T. De Barr, N. Hartman (Ġ)
ATTENDENZA: 800