Sunday, December 22, 2024

Partita ta’ ħbiberija: Vincenzo Grifo l-protgonista fir-rebħa tal-Italja fuq l-Albanija

Aqra wkoll

l-winger ta’ Freiburg, Vincenzo Grifo, skorja doppjetta biex għen lill-Italja jegħlbu lil Albanija bl-iskor ta’ 3-1 f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet, fl-Air Albania Stadium, f’Tirana. 

Din il-logħba serviet biex players żgħażagħ jingħataw iċ-ċans jilagħbu ma’ dawk ta’ esperjenza fit-team immexxi mill-coach Roberto Mancini wara li l-Italja naqset li tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. 

Kien Adrian Ismajli li fetaħ l-iskor minn daqqa ta’ ras, fis-16-il minuta, għat-team ospitu iżda erba’ minuti wara, Giovanni Di Lorenzo kiseb id-draw meta kkonkluda mill-crss ta’ Grifo. 

Imbagħad, l-istess Grifo spiċċa biex sar il-protagonista għat-Taljani wara li skorja żewġ goals. L-ewwel wieħed tiegħu wasal fil-25 minuta meta James Raspadori għeleb in-nasba tal-offside biex żmarka lil Grifo li ddepożita l-ballun fix-xibka.  

It-tieni goal tiegħu u t-tielet għall-Italja wieħed għall-Italja wasal fl-64 minuta meta x-xutt fil-baxx ta’ Marco Verratti ġie devjat f’saqajn Grifo li mill-viċin ma żbaljax. 

Iż-żewġ timijiet laqtu l-lasti darbtejn – Nicolo Zaniolo u Grifo għall-Italja u Myrto Uzuni u Adrian Bajrami għall-Albanija. 

Ekonomija

Sport