L-Urugwaj kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra l-Arġentina f’logħba ta’ ħbiberija internazzjonali biex dawn tal-aħħar bdew l-era ta’ wara Lionel Messi b’telfa.
Wara taqsima mingħajr gowls, l-Urugwaj maru fil-vantaġġ fit-48 minuta meta Leonardo Balerdi xeħet il-ballun fix-xibka tiegħu stess. Ħames minuti wara, Maximiliano Araujo rdoppja wara azzjoni mibdija minn Giorgian de Arrascaeta.
L-Arġentina rrispondew fit-73 minuta permezz ta’ Julian Alvarez, li skorja wara xogħol tajjeb ta’ Gianluca Prestianni.
Minkejja l-isforzi tal-Arġentina biex jiksbu d-draw, l-Urugwaj ikkontrollaw kull sitwazzjoni sas-suffara finali.





