Numru ta’ partitarji barranin li bħalissa jinsabu l-Qatar sabiex jagħtu s-sapport meħtieġ lit-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom kienu ferm irrabbjati meta waslu fil-postijiet jew kmamar ta’ lukandi li kienu krew meta effettivament sabu li mhux dak li raw fuq l-internet.
Fil-fatt dawn in-nies baqgħu b’xiber imnieħer hekk kif flok kamra ta’ lukanda jew inkella appartament, spiċċaw joqogħdu ġo speċi ta’ containers armati bħala kmamar għall-okkażjoni.
Dawn il-partitarji ma baqgħux id f’idhom u pprotestaw mal-ministeru tat-turiżmu, b’uħud minnhom li ngħataw raġun u se jingħataw il-flus lura.