Sunday, December 29, 2024

Partitarji ta’ Ajax jheddu lil Edwin van der Sar

Aqra wkoll

Wara t-telfa  kontra r-rivali Feyenoord fil-Kampjonat Olandiż, il-partitarji ta’ Ajax Amsterdam jinsabu ferm irrabbjati għal dak li seħħ aktar u aktar għax it-tim favorit tagħhom waqa’ sitt punti taħt l-istess avversarji tagħhom fil-klassifika.

Id-direttur eżekuttiv tal-club, Edwin Van Der Sar, ġie mdawwar minn sitt irġiel fejn bdew jhedduh li jtuh xebgħa. Jidher li huma kienu ferm irrabbjati hekk kif qed jitqies bħala wieħed mir-responsabbli li t-tim se jkun qed jikkonċedi l-kampjonat lil Feyenoord.

Kellha tkun il-pulizija li intervjeniet biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni fejn kien hemm anke xi arresti.

Ekonomija

Sport