Tuesday, May 14, 2024

Brescia jirreġistraw rekord negattiv

Aqra wkoll

It-team mis-Serie B Taljana Brescia wettaq rekord fin-negattiv meta ilu 16-il logħba konsekuttiva ma jirbaħ. 

Wara bidu mill-aqwa fejn kisbu ħames rebħiet minn sitt logħbiet, it-tim imlaqqam le Rondinelle għaddej minn perjodu diffiċli ħafna tant li jinsabu fiż-żona l-ħamra u b’dan il-pass jidhru resqin lejn relegazzjoni fis-Serie C.

Dawn is-16-il logħba bla rebħa ħoloq rekord ġdid hekk kif aktar qabel it-tim min-naħa ta’ fuq tal-Italja kien għamel 15-il logħba bla ma jduq it-togħma tar-rebħ.

Brescia sofrew telfa umiljanti ta’ 3-0 barra minn darhom kontra Genoa.

Sport