Tuesday, April 30, 2024

AC Milan fi kriżi profonda

Aqra wkoll

It-telfa li AC Milan ġarrbu kontra Udinese fid-Dacia Arena bl-iskor ta’ 3-1 ikkonfermat il-kriżi li għaddejjin minnha r-Rossoneri hekk kif jinsabu 23 punt taħt il-leaders Napoli.

Il-Milanisti jridu jħarsu warajhom b’timijiet li ġejjin fosthom Juventus li jekk jingħataw lura l-15-il punt li tneħħewlhom mhux biss jaqbżuhom iżda jiġu tmien punti fuqhom.

Ladarba t-tim ma jikkwalifikax għall-UEFA Champions League tas-sena d-dieħla, il-futur tal-coach Stefano Pioli jinsab imdendel … l-istess bħad-diriġent Paolo Maldini li ħafna mid-deċiżjonijiet ta’ dan l-istaġun ittieħdu mingħandu.

Sport